Il-każ seħħ ilbieraħ waranofsinhar fi Triq San Lawrenz fl-Isla
Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet.
Il-każ seħħ ilbieraħ waranofsinhar fi Triq San Lawrenz fl-Isla.
Jirriżulta li r-raġel ta’ 52 sena residenti l-Isla stess waqa’ minn ġo tamboċċ.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin,