Madwar 20 resident, fosthom tfal u anke annimali kellhom jiġu evakwati minn djarhom kmieni dalgħodu wara nirien f’pastizzerrija fi Triq it-Turisti, fil-Qawra.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ dan is-sit, li l-każ seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-5:45am.
Għalkemm għadu mhux magħruf x'wassal għan-nirien, sidt il-ħanut, għall-kuntrarju ta' dak li qalu l-Pulizija, insistiet li ma kien hemm l-ebda splużjoni minn ċilindri tal-gass u li n-nirien ġew ikkontrollati f'qasir żmien.
Min-naħa tagħhom, il-Protezzjoni Ċivili qalu li żewġ vetturi tat-tifi tan-nar issejħu fuq il-post u tmien pumpiera ħadmu biex ikkontrollaw in-nirien.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.