Ritratti | Nirien f'lukanda fil-Qawra...residenti u ħaddiema evakwati
Seba' vetturi tat-tifi tan-nar kellhom jissejħu fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien
More in Kronaka
Seba' vetturi tat-tifi tan-nar kellhom jissejħu fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien
Ftit tal-ħin ilu kienu rrappurtati nirien f'lukanda li tinsab fil-Qawra.
Minn rapporti, jidher li xi nirien bdew mill-ispa tal-Qawra Palace Hotel.
Seba' vetturi tat-tifi tan-nar, żewġ ambulanzi u anke professjonisti li jaħdmu fid-dipartiment tal-inċidenti maġġuri tal-isptar Mater Dei Hospital jinsabu fuq il-post fejn diversi persuni ngħataw il-kura fuq il-post wara li belgħu dħaħen.
Minkejja li madwar 25 persuna kellhom bżonn l-għajnuna, ħadd ma ddaħħal l-isptar Mater Dei.
Jidher ukoll li kemm l-impjegati u anke r-residenti kollha ġew evakwati u ngħalqu t-toroq fl-inħawi.
Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Michael Farrugia mar ukoll fuq il-post.