Tmien persuni arrestati wara li jitkisser ċirku ta' prostituzzjoni f'Tas Sliema

Żewġ irġiel Maltin u sitt tfajliet Kolombjani jittellgħu l-Qorti fuq akkużi ta' prostituzzjoni f'burdell f'Tas Sliema

Jitkisser ċirku ta' prostituzzjoni f'Tas Sliema
Jitkisser ċirku ta' prostituzzjoni f'Tas Sliema

Żewġ irġiel Maltin u sitt tfajliet Kolombjani ttellgħu l-Qorti akkużati b'atti kriminali relatati mal-prostituzzjoni f'burdell f'Tas Sliema.

Il-Maġistrat Audrey Demicoli semgħet kif l-ispetturi arrestaw lis-sitt tfajliet wara rejd fil-proprjetà f'Tas Sliema. Huma sabu lin-nisa għarwenin mal-klijenti.

L-irġiel qed jgħidu li mhumiex ħatja u talbu għall-ħelsien mill-arrest. Qed tidher għalihom l-Avukata Gianella De Marco.

Il-ħelsien mill-arrest iżda ma kienx aċċettat fuq il-biża' li l-akkużati jippruvaw jinfluwenzaw x-xhieda. 

L-Ispettur Busuttil qal illi l-każ kien jitratta sitwazzjoni bejn burdell u traffikar tal-bniedem. 

In-nisa, kollha mbeżżgħin u bid-dmugħ f'għajnejhom, aċċettaw il-ħtija u mill-ewwel ingħataw sena ħabs, sospiżi għal erba' snin. In-nisa bdew jitgħannqu u jieħdu gost xħin traduttur qalilhom x'se tkun is-sentenza. 

 

More in Kronaka