L-inċident seħħ ilbieraħ fit-tarzna ta’ Palumbo
Raġel ta’ 30 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li nqaleb fuqu forklifter ġewwa t-tarzna ta’ Palumbo.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-11:15pm.
Jirriżulta li r-raġel, Rumen kien qed iħott xi tagħbija meta l-forklifter inqaleb fqu.
Dan kien misjuq minn Rumen ieħor ta’ 20 sena.
Il-ħaddiem ittieħed immedjatament Mater Dei.