Il-każ seħħ ilbieraħ meta grupp ta' rġiel kellhom xi jgħidu
Raġel ta’ 56 sena sofra xi ġrieħi wara ġlieda bejn diversi persuni f’ristorant fl-Imġarr.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5:30pm fi Triq il-Magħkuba.
Il-Pulizija ssejħu fuq il-post fejn ikkontrollaw il-ġlieda.
Ir-raġel ta’ 56 sena mill-Imsida ttieħed Mater Dei u kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga.