Il-każ seħħ ilbieraħ f'residenza fi Triq San Pawl
Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa' madwar sular f'residenza fi Triq San Pawl, fl-Imġarr.
Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-8:00pm meta r-raġel kien qiegħed jagħmel xi xogħol fir-residenza.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta' 57 sena l-Isptar Mater Dei.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan l-inċident.