Raġel ta’ nazzjonalità barranija ġie arrestat f’Malta bħala parti minn operazzjoni kbira bl-isem “Operation Webmaster” ġewwa 14-il pajjiż.
L-operazzjoni msemmija kienet ikkoordinata mill-Eurojust u l-Europol.
Operation Webmaster tiffoka fuq il-flejjes li joriġinaw minn kriminalità organizzata.
Wara xhur ta' sorveljanza, ir-raġel ġie arrestat fuq bażi ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew u Ordni ta' Investigazzjoni Ewropea.
Ġewwa pajjiżna, din l-operazzjoni kienet ikkoordinata bejn l-Intelligence Unit, l-Economic Crimes Unit, il-Vice Squad, l-International Relations Unit assistiti mill-iSpecial Intervention Unit.
Bħalissa qed isiru tfittxijiet u r-raġel ser jitresaq l-Qorti fil-jiem li ġejjin.