Aġġornata (2) | Bint u mart raġel li qatel lill-ġirien jinstabu mejta f'għalqa

Il-missier qed jiskonta sentenza ta' 30 ħabs wara li qatel lil żewġ ġirien fi Trejqet Santi Kristu, Ħal Għaxaq 

Marija Lourdes Bonnici u bintha Angele Bonnici kienu rrappurtati nieqsa wara li dehru l-aħħar darba nhar it-Tlieta 26 ta’ Marzu 2019 fis-7:00am fir-residenza tagħhom f’Ħal Għaxaq.

Huma nstabu mejta dalgħodu f'għalqa fil-Gudja minn xi qraba, li rrappurtaw dak li sabu lill-Pulizija. 

Il-Pulizija infurmat b'din is-sejba lil Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo u minn naħa tagħha l-Maġistrat ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-investigazzjonijiet. 

Il-mewt ta' dawn iż-żewġ nisa jiġu wara li li r-raġel ta' Marija Lordes kien intbagħat 30 sena ħabs fuq qtil ta'żewġ ġirien li kienu joqgħodu ħdejhom fi Trejqet Santi Kristu f'Ħal Għaxaq. 

Hu kien sparalhom f'rashom u qatilhom fuq il-post, filwaqt li kien ammetta l-ħtija ta' dan il-qtil fil-Qorti. 

 

More in Kronaka