Eluf ta' żraben, toothpastes, shampoos u blalen foloz misjuba mid-Dwana
Skont id-Dwana, uħud minn dawn l-oġġetti huma ta’ periklu għas-saħħa
More in Kronaka
Skont id-Dwana, uħud minn dawn l-oġġetti huma ta’ periklu għas-saħħa
Fl-aħħar ġimgħat apparti sitt kontejners li kienu qed iġorru moħbija 400 kilo kokaina, id-Dwana interċettat erba’ kontejners oħra li kienu qed iġorru eluf ta’ oġġetti tal-kuntrabandu (foloz)
Fost dawn:
Din il-ħidma kienet koordinata bejn diversi Taqsimiet tad-Dwana, fosthom il-Container Monitoring Unit, l-Intellectual Property Rights Unit u l-iScanning Team.
L-oġġetti kollha maqbuda, li skont id-Dwana, uħud minnhom huma wkoll ta’ periklu għas-saħħa, irriżulta li huma kollha kontrafatti wara li rappreżentanti legali f’Malta tal-kumpaniji right holders rispettivi, li huma propjetarji tal-marki reġistrati (trademarks), ikkonfermaw l-illegalità ta’ dawn il-konsenji, u kkonfermaw ukoll li tali importazzjoni tikkontravjeni id-dritt tal-propjeta’ intellettwali.
Il-kumpaniji propjetarji tal-marki reġistrati mistennija jippreżentaw rikors fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-kumpaniji kontraventriċi f’kull każ.