Daħna kbira hekk kif dgħajsa tisplodi fil-Kalkara
Daħna li qed tidher minn diversi inħawi fil-pajjiż hekk kif yacht jieħu n-nar ... nies mill-Isla jgħidu li semgħu splużjoni u ħassew theżżiża
More in Kronaka
Daħna li qed tidher minn diversi inħawi fil-pajjiż hekk kif yacht jieħu n-nar ... nies mill-Isla jgħidu li semgħu splużjoni u ħassew theżżiża
Daħna kbira li qed tidher minn bosta nħawi fil-pajjiż jidher li hija kkawżata min-nirien kbar fil-Kalkara.
Mill-ewwel informazzjoni mogħtija lil dan is-sit mill-pulizija jirriżulta li dgħajsa viċin il-klabb tar-regatta tal-Kalkara ħadet in-nar. Skont persuni li tkellmu minn dan is-sit, in-nirien kienu kkawżati minn splużjoni.
Persuna li tgħix l-Isla u li tkellmet ma' dan is-sit qalet illi semgħet ħoss qawwi ta' splużjoni u theżżiża, filwaqt li s-sema imtliet b'duħħan iswed.
Ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu fuq il-post u għaddejjin b'ħidma intensiva biex jitfu n-nirien.
Mhux magħruf s'issa jekk fl-opra tal-baħar kienx hemm xi persuni.
(Iktar informazzjoni malli taslilna)