Anzjan ta' 76 sena daħal b'arma finta fil-Bank HSBC taż-Żejtun u prova jwettaq hold up, liema hold up ma rnexxiex. Malli ra hekk l-anzjan telaq mill-binja bil-pass.
Il-Pulizija qabdu li-raġel ftit passi biss 'l bogħod mill-bank.
Fi stqarrija l-Bank HSBC apoloġizza għall-għeluq tal-fergħa u filwaqt li kkonferma l-inċident irringrazzja lill-Pulizija għar-rispons effiċjenti tagħhom.
Huma qalu li l-persuna anzjana tinsab fil-kustodja tal-Pulizija u li f'dan l-istadju ma setgħetx tikkumenta aktar.
Intant fi stqarrija oħra, din id-darba mill-Pulziija, intqal li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-każ għadhom għaddejjin.