Mara li spiċċat paraplegika wara li kienet infettata bil-virus tal-MRSA fl-Isptar San Luqa, illum ingħatat kważi €70,000 bħala kumpens.
Kienet is-sena 2007, meta l-mara ġiet daħħlet fid-dipartiment tal-emerġenza tal-Isptar San Luqa minħabba li kienet qed tbati minn dardir, sturdament u deidrazzjoni. Ftit ġranett ta' wara l-mara kienet ippruvat toħroġ mis-sodda iżda ma setgħatx timxi. Kien hawn li t-tobba iċċertifikaw li hi qed tbagħti bis-‘superbug’ tal-MRSA.
L-infezzjoni nxterdet mas-sinsla kollha tagħha, filwaqt li traċċi ta’ trombożi nstabu f’waħda mis-saqajn tagħha.
Fis-sentenza tagħha, il-Qorti nnutat li l-Isptar ġie fdat bir-responsabbiltà li ma jikkawżax aktar ħsara lis-saħħa tal-mara. Apparti minn hekk hi qalet li l-evidenza kienet ċarament qed turi li l-mara kien ġie infettatta mill-mikrobi MRSA fl-isptar u li l-isptar kien naqas milli jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex jikkontrolla t-tixrid ta' dan il-mikrobu.
"Kien f'idejn l-uffiċju mediku tal-Gvern li juża l-għerf, il-prudenza u l-attenzjoni meħtieġa fil-konfront tal-maral," saħqet il-Qorti.
Għalhekk hi ordnat li l-mara tingħata €69,561.65 f'danni.
L-avukati David Camilleri u Joseph Gatt dehru għall-mara filwaqt li l-avukati Antoine Agius u Susan Sciberras dehru għad-difiża.