Illum, għall-ħabta tas-14:30 pm il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq Salvu Psaila, Birkirkara. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kien seħħ impatt bejn vettura tat-tip Toyota Passo misjuqa minn mara ta’ 27 sena residenti Birżebbuġa u mutur tat-tip Sym misjuq minn raġel ta’ 32 sena residenti Birkirakara mill-Eritrea.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.