Ilbieraħ, għall-ħabta tat-8:30pm,il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa Triq it-Torri, Tas-Sliema.
Il-Pulizija marret fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari li saret, irriżulta li persuna ta’ 47 sena u residenti Birkirkara, waqgħet minn fuq sellum waqt li kien qed isir xoghol fi stabbiliment.
Il-vittma ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza u aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.