Iż-żiemel miet fuq il-post tal-inċident
Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq żiemel dalgħodu fil-Korsa tal-Marsa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu.
Ir-raġel li għandu 59 sena minn Ħal Luqa, ittieħed Mater Dei għall-kura.
Iż-żiemel miet fuq il-post tal-inċident.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.