Il-każ seħħ fi Triq il-Kappuċini fil-Furjana
Raġel ta’ 40 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqgħet fuqu biċċa għodda tal-ħadid f’sit ta’ kostruzzjoni.
L-inċident seħħ fi Triq il-Kappuċini fil-Furjana.
Ir-raġel, Serb li jgħix l-Imsida, ittieħed immedjatament Mater Dei.
Il-Pulizija qed tinvestiga.