Tlett irġiel ħadu tfajla f'għalqa f'Ħaż Żebbuġ, rabtuha u stuprawha

Il-Qorti ma tagħtihomx il-ħelsien mill-arrest u ma tħallix li jkunu ppubblikati isimhom ...

Tlett irġiel mis-Siġġiewi, li għandhom bejn 22 u 25 sena, kienu akkużati bi stupru fuq tfajla deskritta bħala vulnerabbli. Huma stuprawha kollha f'daqqa, f'dak li bl-Ingliż huwa msejjaħ 'gang rape'.

Huma wettqu l-att f'Ġunju tas-sena l-oħra f'Ħaż Żebbuġ.

L-Ispettur tal-Pulizija qal lill-Qorti illi dan huwa l-aktar każ xokkanti li qatt kellu x'jaqsam miegħu hu. 

It-tfajla sostniet illi hi kienet abbużata u stuprata diversi drabi hekk kif dawn il-ġuvintur allegatament rabtuha f'għalqa u bdew jabbużawha b'mod ripettitiv. L-irġiel, żewġ studenti u impjegat f'ristorant, kollha qalu illi mhumiex ħatja tal-akkużi miġjubin kontrih.

L-Avukat Difensur Stefano Filletti talab biex l-ismijiet tal-akkużati ma jkunux ippublikati għax qal li li l-interess li jista' jqum mill-pubbliku jpoġġi lill-akkużati fid-dawl tal-ħtija minkejja li ma jkunux fil-fatt instabu ħatja. Anke wieħed mill-Avukati tat-tfajla, Arthur Azzopardi, talab li ma jkunx ippublikat l-isem tal-akkużati imma f'dan il-każ, biex ma tkunx identifikata l-vittma. 

Fid-dawl tal-gravità tal-atti kiriminali u l-possibilità li jbagħbsu evidenza, t-tliet akkużati ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest, anke jekk tnejn mill-akkużati ma talbux għalih. 

 

More in Kronaka