Ilbieraħ, katavru ta' raġel ta' 67 sena residenti l-Mosta ttella' mill-baħar viċin is-Sikka ta' Kemmuna.
Il-katavru ntlemaħ għall-ħabta tal-ħdax neqsin għaxra.
Il-Pulizija mid-Distrett t’Għawdex infurmat lill-Forzi Armati ta’ Malta li min-naħa tagħhom bdew it-tfittxijiet fl-inħawi ta’ fejn intlemaħ il-ġisem permezz ta’ patrol boat kif ukoll permezz ta’ ħelikopter.
Minn investigazzjoni jirriżulta li r-raġel kien qiegħed qed jistad meta waqa' l-baħar.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Paul Coppini LL.D. li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin