Raġel ta' 25 sena li m'għandux saqaf fuq rasu u li seraq mowbajl ingħata sentenza sospiża fil-Qorti dalgħodu.
Ir-raġel, li huwa refuġjat mis-Somalja, deher quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace akkużat b'serq aggravat ta' mowbajl f'San Ġiljan.
L-Avukat tal-Għajnuna Legali sostna li r-raġel ikkopera mal-pulizija u diġa rritorna l-affarijiet illi seraq.
Il-Qorti sabet lill-akkużat ħati u kkundannatu għal 18-il xahar ħabs sospiżi għal erba' snin.
L-Ispettur Joseph Xerri mexxa l-prosekuzzjoni.