It-tifel jidher li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi
Tifel ta’ tmien snin iddaħħal l-isptar wara li ttajjar fi Triq id-Dawr fil-Mosta.
Jidher li t-tifel safa milqut minn vettura misjuqa minn mara ta’ 32 sena.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.