Żagħżagħ stressaq il-Qorti dalgħodu akkużat b'katina ta' serq minn erba' residenza fl-Imsida, il-Fgura u San Pawl il-Baħar.
Iż-żagħżugħ ta' 24 sena mill-Georgia, wieġeb mhux ħati.
Hu mifhum li l-akkużat huwa wieħed minn grupp ta' ħallelin li serqu erbat idjar minn Frar li għadda.
Fil-Qorti huwa qal li ma għandux indirizz fiss.
Il-Prosekuzzjoni qalet li l-akkużat seraq appartamenti fl-Imsida u San Pawl il-Baħar bejn Frar u Mejju li pprova jidħol f'appartament fil-Fgura fl-1 ta' Ġunju.