Erba' persuni ddaħlu l-Isptar wara inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq il-Bajja ta' San Tumas f'Wied il-Għajn.
Mill-ewwel investigazzjoni jirriżulta li kien seħħ impatt bejn vettura misjuqa minn żagħżugħ ta' 20 sena residenti Marsaxlokk u vettura misjuqa minn Taljan ta' 34 sena li miegħu kellu Taljana ta' 35 u raġel ieħor ta' 34 sena.
Il-persuni kollha ddaħħlu l-isptar fejn aktar tard ix-xufier Taljan ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li l-persuni l-oħra kollha sofrew minn ġrieħi ħfief.