Il-każ seħħ ilbieraħ fi Triq is-Salina, in-Naxxar
Sewwieq ta' mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura fi Triq is-Salina, in-Naxxar.
Il-każ seħħ ilbieraħ waranofsinhar.
Jidher li ż-żagħżugħ ta' 25 sena li kien qed isuq il-mutur, għal xi raġuni ħabat ma' vettura misjuqa minn żagħżugħ ta' 23 minn Ħ'Attard.
Is-sewwieq tal-mutur iddaħħal Mater Dei għall-kura, filwaqt li s-sewwieq tal-karozza ma sofra l-ebda ġrieħi.