Żagħżugħ ta' 24 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f'argument f'ristorant fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-erbgħa.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li għal xi raġuni qam argument bejn żewġt irġiel, Ingliż ta’ 34 sena u Malti ta’ 24 sena li joqgħod is-Swieqi.
Jidher li l-Malti, allegatament ġie aggredit waqt l-argument u sofra ġrieħi.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-Ingliż qiegħed jinżamm mill-Pulizija.
Filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.