'Ma nstabu l-ebda marki tal-kurċifiss fuq ġisem il-vittma'

l-ġurija se tiddeċiedi jekk l-akkużat kienx mentalment stabbli meta qatel lil Maria Lourdes Agius

Illum fil-Qorti, il-prosekuteri qed jagħmlu l-aħħar argumenti tagħhom lill-ġurija li se tkun qiegħda tiddeċiedi jekk is-sieħeb u  l-akkużat ewlieni fil-qtil ta’ Maria Lourdes Agius kienx mentalment stabbli meta allegatament qatel lill-mara.

Illum il-prosekuzzjoni saħqet li l-azzjonijiet tal-akkużat fil-ġurnata ta’ wara delitt, huma xhieda ċara tal-ħtija tiegħu u tal-istat mentali tiegħu. “Qam u sab il-mara mhux f’sensiha u minflok mar il-Klinika tar-Raħal Ġdid, mar għand il-Pulizija. Bħal li kieku l-Pulizija jqajjmu n-nies!. Bl-istess sforz li mar għand il-Pulizija l-akkużat seta' qabad u mar il-Klinika tar-Raħal ġdid. Din l-azzjoni turik li l-istat mentali tiegħu kien iffukat biex jaħbi l-ħtija tiegħu. Dan huwa eżempju ċar li l-akkużat kien jaf x’qed jagħmel,” saħaq il-prosekutur mill-uffiċju tal-Avukat Ġenerali.

Ta’ min jinnota li l-bieraħ il-Qorti semgħet kif l-akkużat qiegħed jisħaq li kienet il-vittma, omm ta’ seba’ t’itfal li talbitu biex joqtolha bil-kurċifiss.

“Dr.Mario Scerri qal li ma kien hemm l-ebda marka relatata ma’ kurċifiss fuq ġisem il-vittma. Skont l-akkużat il-vittma talbet lill-akkużat joqtolha b’kurċifiss. Allura għalfejn instabu marki ta’ daqqiet f’rasha u l-kurċifiss bla ħsara?

Ftit wara li l-akkużat kien arrestat huwa kien ġie eżaminat minn żewġ psikjatri. F’din l-eżaminazzjoni huwa qalilhom li rċieva sinjali minn għand Alla. Minkejja dan fl-ewwel dikjarazzjoni li għamel mal-Pulizija l-akkużat ma’ reġax semgħa dawn is-‘sinjali divini.’

Wara l-aħħar sottomissjonijiet tal-prosekuzzjoni, id-difiża mistennija tibda tagħha. Imbagħad il-Maġistrat se tindirizza lil ġurija li imbagħad retire to deliberate. Il-proċess mistenni jieħu aktar minn 24 siegħa.

L-avukati Charles Mercieca u Matthew Xuereb mill-uffiċju tal-Avukat Ġenerali qed imexxu l-prosekuzzjoni filwaqt l-akkużat qiegħed jirċievi għajnuna legali mill--avukati Marc Sant u Dustin Camilleri. Il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera qed tippresiedi.

Il-każ fil-qosor

Waqt il-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-każ tal-qtil l-akkużat qal li hu jbati minn problemi ta’ saħħa mentali u għalhekk ma setax jifhem dak li kien qed jagħmel.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, wieħed mill-prosekuturi mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tkellem mal-membri tal-ġurija dwar it-toqol tad-deċiżjoni finali tagħhom.

Huwa spjega li m’huwiex biżżejjed li l-akkużat jiddikjara li huwa mhuwiex stabbli mentalment jew li jġib ċertifikat mediku li juri dan.

“L-akkużat kien jaf il-konsegwenzi tal-azzjonijiet tiegħu. Kien jaf x'ġara u kien jaf x’inhu ħażin. Il-prosekuzzjoni se turi li mhux veru li l-akkużat kien mentalment instabbli.”

L-avukat spjega wkoll id-differenza bejn l-insanità legali u l-insanità medika. “Wieħed jista 'jkun mhux mentalment stabbli għall-fini mediċi u mhux mentalment stabbli legalment u viċi versa. Dak li qed nistaħrrġu aħna hi l-kapaċità fl-akkużat li jifhmu l-konsegwenzi tal-azzjonijiet tiegħu. Aħna mhux qed nitħarrġu dijanjosi."

More in Kronaka