Il-Grupp db se jkun qiegħed jerġa’ japplika għal permess ta' żvilupp fl-eks sit tal-Istitut għall-Istudju Turistiċi.
Ix-xahar li għadda l-permess kien ġie ddikjarat null wara li l-Qorti stabbilit li kien hemm kunflitt ta' interess ċar minn wieħed mill-membri tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Fid-dawl ta’ dan kollu, l-Grupp db illum saħaq li din id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq argument wieħed ta’ kunflitt ta’ interess li m’għandu x’jaqsam xejn mal-Grupp db jew il-proġett innifsu.
Huma qalu wkoll, li l-Qorti ma’ esprimiet l-ebda tħassib dwar il-proġett jew inkella dwar kif il-permess kien ingħata.
Finalment huma qalu li tul il-proċess il-Grupp db segwa b’mod rigoruż il-liġijiet u l-proċeduri kollha neċessarji.
Aqra wkoll : Il-permess kontroversjali tal-Grupp db iddikjarat null