Taljan ta' 47 sena qed isofri minn ġrieħi serji wara li waqa' madwar sular f'sit tal-kostruzzjoni f' San Ġiljan.
Minn investigazzjonijiet preliminari li għamlet il-Pulizija tad-Distrett, irriżulta li għall-ħabta tas-7.15 am ir-raġel li kien qiegħed jagħmel xi xogħol ġewwa sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Schreiber, San Ġiljan waqa’ għoli ta’ madwar sular.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku flimkien mal-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lill-vittma li għandu 47 sena. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja
Dwar il-każ ġiet infurmata l-Magistrat tal-Għassa Clarke li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.