Raġel ta' 46 sena mis-Slovenjza qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur.
Skont l-ewwel informazzjoni tal-Pulizija, l-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-17:45 pm fi Triq Valletta, il-Mosta.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li raġel għal xi raġuni, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq bil- konsegwenza li nqaleb.
Ir-raġel sofra xi ġrieħi u għaldaqstant, issejħet ambulanza li ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.