Il-Pulizija sabet katavru li x’aktarx huwa tat-tfajla li kienet ilha rrappurtata nieqsa mill-2008.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li sabet il-katavru, li x'aktarx huwa tat-tfajla minn San Pawl il-Baħar, fl-akkwati tal-Belt Valletta.
Jidher ukoll li ġie arrestat raġel b’rabta ma’ dan l-omiċidju.
Is-sejba saret ilbieraħ wara sigħat twal ta’ investigazzjoni mill-Pulizija tal-Għassa ta’ Tas-Sliema u dawk tat-Taqsima tal-Investigazzjonijiet tal-Omiċidji mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali.
Intant, se jkunu qed isiru eżamijiet mediċi u forensiċi biex tkun stabbilita l-identità tal-persuna.
Dwar dan il-każ, infetħet inkjesta Maġisterjali.