Raġel jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara ħabta bejn żewġ dħajjes viċin il-Gżejjer ta' San Pawl.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-6:30pm, meta seħħet ħabta bejn dgħajsa misjuqa minn raġel ta' 46 sena residenti Birkirkara u dgħajsa oħra misjuqa minn raġel ta' 58 sena residenti s-Swieqi u li miegħu kellu mara ta' 58 sena mis-Swieqi wkoll.
Ir-raġel u l-mara ta' 58 ttellgħu l-art u ttieħdu Mater Dei.
Il-mara ġarrbet biss ġrieħi ħfief, filwaqt li r-raġel jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga dan il-każ.