Jinstabu erba' kontejners fil-Freeport mimlija fliexken tal-fwieħa u shampoo foloz
B'kollox, ġew ikkonfiskati 'l fuq minn 110,000 flixkun
More in Kronaka
B'kollox, ġew ikkonfiskati 'l fuq minn 110,000 flixkun
Fl-aħħar ħinijiet, id-Dwana għalqet l-investigazzjonijiet tagħha wara li fil-jiem li għaddew Uffiċjali tad-Dwana mit-Taqsima tal-Propjeta' Intellettwali nterċettaw erba’ kontejners li kienu qed iġorru eluf ta’ oġġetti kontrafatti (foloz):
F'din il-ħidma kien hemm koordinament bejn it-Taqsimiet tal-Propjeta' Intelletwali tad-Dwana, il-Container Monitoring Unit u l-iScanning Team.
L-oġġetti kollha maqbuda rriżulta li huma kollha kontrafatti wara li rappreżentanti legali f’Malta tal-kumpaniji right holders rispettivi, li huma propjetarji tal-marki reġistrati (trademarks), ikkonfermaw l-illegalità ta’ dawn il-konsenji, u kkonfermaw ukoll li tali importazzjoni tikkontravjeni id-dritt tal-propjetà intellettwali.
Il-kumpaniji propjetarji tal-marki reġistrati mistennija jippreżentaw rikors fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-kumpaniji kontraventriċi f’kull każ.