Inċident bil-mutur f'Ħal Luqa jħalli raġel Ingliż bi ġrieħi gravi

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-7:30 am. 

Raġel Ingliż ta' 46 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa f'Ħal Luqa.

Skont l-ewwel informazzjoni tal-Pulizija, l-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-7:30 am. 

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li  seħħet ħabta bejn mutur u karozza misjuqa minn żagħżugħ ta' 23 sena li joqgħod il-Ħamrun.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta' 46 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. Minn naħa l-oħra, iż-żagħżugħ ta' 23 sena ma weġġax.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja. 

 

 

More in Kronaka