Tfajla Taljana ta' 23 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur.
Skont l-ewwel informazzjoni tal-Pulizija, l-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 am fil-Bypass ta' San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħ impatt bejn mutur u karozza misjuqa minn raġel ta’ 63 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex jassisti lit-Taljana, fejn aktar tard hija kienet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.