Sewwieq ta' mutur iweġġa' wara ħabta matul il-lejl

Huwa qed isofri minn ġrieħi gravi

 

Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin għoxrin, fi Triq Għajn Tuffieħa f’San Pawl il-Baħar.

Huwa weġġa’ meta ħabat ma’ vettura misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 sena residenti s-Swieqi.

Is-sewwieq, li għandu 35 sena, ittieħed Mater Dei.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ

More in Kronaka