Nirien reġgħu ħakmu ż-żona ta’ St Patricks f’Pembroke, l-istess żona li ħadet in-nar ilbieraħ u li tinsab biswit l-iskola San Miguel li tilqa’ fiha studenti bi bżonnijiet speċjali.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat il-każ, iżda saħqet li għall-kuntrarju tal-bieraħ, ma kienx hemm bżonn li jiġu evakwati l-istudenti.
Iż-żona li ħadet in-nar tinsab fl-inħawi ta’ Triq Adrian Dingli u Triq San Patrizju.
Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu fuq il-post u qed jikkontrollaw in-nirien.
Għadu mhux magħruf x’ikkawża n-nirien.