Ritratti | Jinstabu mijiet ta' għasafar protetti importati biex jinbiegħu f'Malta
F'razzett wieħed f'Ħal Safi nstabu xejn inqas minn 660 għasfur
More in Kronaka
F'razzett wieħed f'Ħal Safi nstabu xejn inqas minn 660 għasfur
Seba' persuni ġew arrestati wara li mijiet ta' għasafar protetti li ġew importati f'Malta nstabu waqt rejds li saru f'diversi lokalitajiet.
660 minn dawn l-għasafar instabu ġo razzett wieħed f'Ħal Safi.
Ir-rejds twettqu mill-membri tal-Administrative Law Enforcment flimkien ma' uffiċjali tal-Awtorità għall-Ambent u r-Riżorsi wara ġimgħat sħaħ ta' investigazzjoni.
Fost oħrajn, l-għasafar instabu fi rziezet u residenzi f'Ħal Safi, Ħal Kirkop u l-Gudja.
L-għasafar li nstabu jinkludu pellikani, fjamingi, ċikonji u ajkli.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li dawn ġew importati mis-Sudan u mill-Eġittu biex eventwalment jinbiegħu f'Malta, bi stqarrija tal-Awtorità għall-Ambent u r-Riżorsi tispjega kif uħud minn dawn l-għasafar kienu ppreparati u bbalzmati, lesti biex jinbiegħu.
L-ERA spjegat ukoll kif il-valur tal-għasafar li nstabu jlaħħaq l-eluf ta' ewro.
Jidher ukoll li fost dawk arrestati hemm persuni magħrufa mal-Pulizija għax kienu wettqu reati simili