Ingliż ta' 51 sena jitlef ħajtu fir-Ramla l-Ħamra

Żewġ irġiel sabu ruħhom f'diffikultà fil-baħar, b'wieħed minnhom jitlef ħajtu 

Illum, għall-ħabta tas-2:30 p.m il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra minħabba li kien hemm persuni li sabu ruħhom f’diffikultà fil-baħar.

Minn stħarriġ preliminari illi sar mill-Pulizija tad-Distrett, irriżulta li żewġ irġiel ingliżi ta’ 50 u 51 sena kienu qed jgħumu fl-imsemmija bajja meta għal xi raġuni sabu ruħhom f’diffikultà. l-irġiel ittellaw l-art u ingħataw l-ewwel għajnuna minn xi nies li kien hemm fuq il-bajja.

Tim mediku flimkien ma’ membri tas-salvataġġ li kienu fuq il-bajja assistew lill-vittmi minnufih iżda sfortunatament ir-raġel ta’ 50 sena ġie ċċertifikat mejjet fuq l-post. Ir-raġel ta’ 51 sena ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz t’ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Bridgette Sultana li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja. 

More in Kronaka