Żagħżugħ ta' 16-il sena mis-Sudan qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa' għoli ta' madwar sular waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’residenza.
L-inċident seħħ għall-ħabta 14:45 p.m fi Triq il-Kulleġġ, il-Mosta.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-ġuvni l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.