F'għaxar xhur id-Dwana tikkonfiska 'l fuq minn miljun ewro

Id-Dwana fakkret li f’Novembru tas-sena li għaddiet, waqqfet tim apposta biex jaħdem fuq każijiet ta’ ħasil ta’ flus

Fl-aħħar għaxar xhur, l-uffiċjali tad-Dwana ħadmu fuq 48 każ ta’ ħasil ta’ flus u b’kollox ikkonfiskaw €1,052,436.

Fi stqarrija, id-Dwana fakkret li f’Novembru tas-sena li għaddiet, waqqfet tim apposta biex jaħdem fuq każijiet ta’ ħasil ta’ flus.

Dan it-tim huma magħmul minn disa’ uffiċjali li huma speċjalizzati biex jaħdmu fuq il-kontroll u l-investigazzjoni dwar moviment ta’ flus mhux iddikjarati.

Id-Dwana saħqet li dan ir-riżultat pożittiv kien frott il-ħidma ta’ dan it-tim u anke r-relazzjoni tajba li għandu ma’ awtoritajiet kemm lokali u internazzjonali.

More in Kronaka