Raġel ta’ 62 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq ħajt għat-triq.
Il-każ seħħ matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tat-tlieta u għoxrin, fi Triq il-Korp tal-Pinjunieri f’San Pawl il-Baħar.
Jidher li r-raġel, Ingliż iżda residenti fl-istess lokalità, waqa’ minn fuq dan il-ħajt li huwa għoli ftit inqas minn sular.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.