Filmat | 'Rewwixta' f'Ħal Far ... karozzi tal-Pulizija jingħataw in-nar u uffiċini mfarrka
Uffiċjal tal-Pulizija weġġa' ħafif waqt protesti li bdew tard filgħaxija fiċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far

minn Yendrick Cioffi

Pulizija ġarrab ġrieħi ħfief waqt protesta vjolenti li qamet ilbieraħ filgħaxija fiċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far.
Il-protesta bdiet fl-10pm, bl-uffiċjali tas-sigurtà jkollhom jitolbu l-assistenza tal-Pulizija, kemm tad-distrett u anke tar-Rapid Intervention Unit.




Skont il-Pulizija, tliet karozzi tal-Korp ingħataw in-nar u anke madwar żewġ vetturi oħra li kienu fiċ-ċentru.
Apparti dan, jidher li tkissru diversi uffiċini, b'fajls bl-informazzjoni personali dwar l-immigranti jinsabu mxerrda ma' kullimkien.

Jidher li l-immigranti bdew ukoll iwaddbu oġġetti lill-Pulizija.
Is-sitwazzjoni bdiet tikkalma għall-ħabta tal-4am għalkemm il-post għadu ħerba sħiħa u mill-karozzi u l-uffiċini għadu ħiereġ id-duħħan.







![[Aġġornat] Kuċċier iweġġa' gravi f'ħabta l-Furjana](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/habta21022025.png)

