Raġel Taljan ta' 24 qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident bil-karozza f'San Ġiljan.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-4:40 am, meta il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa Triq il-Baltiku, San Ġiljan.
Il-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan marru immedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li vettura misjuqa minn raġel Taljan ta’ 24 sena għal xi raġuni tilfet il-kontrol u ħabtet ma’ ħajt u vettura oħra li kienet ipparkjata.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-aktar assistenza medika. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.