Raġel ta' 39 sena minn Ħaż-Żabbar qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-07:55 am bil-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l- assistenza tagħha fi Triq Sant’ Antnin, Marsaskala.
Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura misjuqa minn mara ta’ 25 sena residenti Marsaskala u mutur misjuq minn raġel ta’ 39 sena residenti Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin.