Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn mutur ilbieraħ filgħaxija.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tad-disgħa u għaxra ta’ filgħaxija ġewwa Triq il-Qawra, San Pawl il-Baħar.
Jirriżulta li l-inċident seħħ meta Taljan ta’ 41 sena residenti San Pawl il-Baħar kien qiegħed isuq mutur meta għal xi raġuni laqat raġel mir-Rumanija ta’ 31 sena residenti San Pawl il-Baħar ukoll.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet il-vittma l-isptar Mater Dei għall-kura.
Aktar tard, ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.