Ċiklist qed isofri minn ġrieħi serji wara impatt ma’ vettura li kienet wieqfa fil-ġenb tat-triq għax kellha xi ħsara.
Illum, għall-ħabta tal-10:30 am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fit-Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jagħti l-ewwel għajnuna. Ir-raġel itteħed l- isptar permezz t’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr N. Galea Sciberras LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.