Iktar ħidma mill-Iskwadra tal-Pulizija ta' Kontra d-Droga, illum kmieni waranofsinhar wasslet għall-arrest ta’ ħames żgħażagħ; erba’ irġiel u mara, li l-età tagħhom tvarja bejn 17 u 19-il sena.
L-arresti saru wara tfixxijiet f’Ħal Luqa. Assistiti mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit u mis-Sezzjoni tal-Klieb, minn tittxija li saret fuq iż-żgħażagħ, instabu li kienu fil-pussess ta’ boroż bil-pjanta tal-kannabis u pakketti b’sustanza bajda suspettata droga kokaina.
Iż-żgħażagħ qegħdin jinżammu mill-Pulizija sabiex jgħinuha fl-istħarriġ li għadu għaddej.