Il-Pulizija mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali mexxew operazzjoni sabiex ġiet identifikata persuna ta’ 37 sena mill-Gorġja li allegatament wettqet diversi serqiet minn residenzi privati fir-Rabat, Ħ’Attard, is-Swieqi, San Ġwann, Ħaż-Żebbug u Ħal Qormi.
Wara diversi jiem ta’ osservazzjoni, bl-għajnuna ukoll tal-Pulizija Distrettwali, din il-persuna giet arrestata f’San Ġiljan. Waqt tfittxija li saret fl-appartament fejn kienet qiegħda tirrisjedi, instabu xi affarijiet li ġew irraportati misruqin. Aż
ktar tard illum, għall ħabta tas-2:00 p.m, il-Pulizija se tressaq b’arrest lil din il-persuna quddiem il-Magistrat V. Axiaq b’akkużi ta’ serq, fost oħrajn.
Dan il-każ mhux wieħed iżolat iżda huwa parti minn investigazzjoni immexxija midDipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali li ilha għaddejja diversi xhur. Il-Pulizija qiegħda iżżid l-isforzi tagħha biex tkisser ċrieki ta’ kriminalita’ organizzata.
Nhar il-Ħadd li għadda l-gazzetta ILLUM irrapportat dwar sinjali u tħażżiż suspettuż fuq djar fis-Swieqi li diġa kienu rawhom qabel u li hima assoċjati mal-ħallelin li jisirqu d-djar.