Tfajla ta' 22 sena residenti l-Imġarr qed issofri minn ġrieħi gravi wara inċident bil-karozza.
Tard ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-23:30 il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li tfajla ta’ 22 sena residenti l-Imġarr, li kienet qiegħda ssuq vettura tilfet il-kontroll tal-vettura u ħabtet.
Fuq il-post issejħet ambulanza u tim mediku li assista lit-tfajla u ittieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.