Raġel mis-Sudan qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar tliet sulari għoli waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol f’gallarija ta’ residenza fiż-Żurrieq.
L-età tiegħu għadha mhix magħrufa.
Kien għall-ħabta tal-10:00 am, meta l-Pulizija ġew infurmati li hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Vjal ix-Xarolla, iż-Żurrieq, minħabba li kienet waqgħet persuna minn għoli.
Il-vittma kien assistit minn tim mediku fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.